Merħba fis-sit ikteb.mt. Jekk tixtieq tikteb aktar u aħjar bil-Malti, dan is-sit huwa magħmul għalik.

L-idea għal dan is-sit nibtet mix-xewqa li d-Deċiżjonijiet 1 li saru fl-2008 ikunu disponibbli f’format diġitali aċċessibbli, u allura ma jistax jonqos li ssib it-test tad-Deċiżjonijiet hawn u l-lista alfabetika tagħhom hawn.

Ikteb.mt jeżisti biex jippromwovi l-kitba bil-Malti f’kull qasam tal-ħajja, u għalhekk għandna gwidi ta’ kif tuża l-karattri Maltin fil-Windows, fuq Mac u fuq il-mowbajl. Għandna wkoll paġna speċjali bil-karattri Maltin għall-għażżenin (jew għal min ma jkunx jista’ jibdel is-settings fuq l-apparat li jkun qed juża).

Issib ukoll lista tal-ismijiet tal-lokalitajiet, kif ukoll lista oħra ta’ kliem li fih l-i qatt ma taqa’. U għal min irid iberraħ it-tagħrif tiegħu tal-Malti, għandna paġna mimlija ħoloq għar-riżorsi diġitali.