iKteb bil-malti fuq mac

Iż-żmien li tuża font apposta biex tkun tista’ tuża l-karattri ċ, ħ, ġ u ż ilu li ħalliena. Ħafna fonts, inklużi dawk li jiġu mal-macOS, jinkludu dawn l-ittri. Biex tkun tista’ tiktibhom faċilment, tkun trid taqleb it-tastiera għall-Malti, u hawn se naraw pass pass kif dan isir.

F’din il-gwida qed nassumu li qed tuża l-Mac bl-Ingliż, u li t-tastiera tiegħek hija waħda QWERTY.

Idħol fis-System Preferences u agħfas Language & Region

Agħfas Keyboard Preferences

Agħfas il-+ biex iżżid it-tastiera Maltija

Agħżel Maltese mil-lista, u agħfas Add

U issa tista tagħżel liema tastiera tuża mill-menu bar!

It-tastiera titqassam hekk (jekk tkun 48-key)

Biex tagħmel l-ittri aċċentati trid tagħfas ⌥ option u ` (fejn issa hemm iż-ż) u tagħżel il-vokali li trid.

Biex tara kif tuża t-tastiera Maltija fil-Windows, agħfas hawn, u biex tużaha fuq il-mowbajl, agħfas hawn.

Aqsam din il-gwida ma’ min għandu Mac imma ma jużax l-ittri Maltin!