dwar is-sit

Is-sit ikteb.mt nibet mill-ħtieġa li jkun hemm riżorsa online biex min ikun qed jikteb bil-Malti jkun jista’ jiċċara xi diffikultajiet jew dubji li jista’ (u li x’aktarx) ikollu. Minkejja li jeżistu bosta riżorsi b’rabta mal-ilsien Malti, mhumiex dejjem faċli ssibhom, u ħafna minnhom qegħdin spalpaljati jew jiddependu fuq servizzi esterni (bħal Facebook). Kien hemm ukoll il-ħtieġa li d-Deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Kunsill tal-Malti fl-2008 jiġu ppubblikati f’format iktar faċli li jinqara fuq firxa wiesgħa ta’ apparat elettroniku.

Barra minn hekk, ix-xewqa hija wkoll li dan is-sit iservi ta’ punt ta’ riferiment għal ġurnalisti u kittieba li jiktbu dwar Malta imma li ma jafux jew ma jistgħux jużaw il-karattri Maltin. It-tama hi li b’sempliċi copy u paste, tal-anqas l-ismijiet tal-lokalitajiet Maltin jibdew jinkitbu kif xieraq.

Il-kreatur u l-amministratur tas-sit huwa David Schembri, traduttur, eks ġurnalist, u qarrej tal-provi kkwalifikat.

Ħajr lil Sabrina Dâmaso tal-għajnuna fid-disinn tal-logo.