Filwaqt li sa ftit snin ilu ma kien faċli xejn tikteb bil-Malti tajjeb fuq il-mobiles, illum il-ġurnata għandna apps li jaqduna tajjeb biex nagħmlu dan.
Min juża mobile Android reċenti għandu x-xorti li t-tastiera li tiġi mas-sistema, jiġifieri l-Gboard tal-Google, ittina l-għażla li niktbu bl-alfabett Malti mingħajr ma jkollna nniżżlu programm differenti. L-app hija wkoll disponibbli għall-apparat tal-Apple ukoll, bħall-iPads u l-iPhones.
Li għandha tajjeb din it-tastiera huwa li tista’ tittajpja b’aktar minn lingwa waħda fuq kull konfigurazzjoni tagħha, bil-vantaġġ tal-autocorrect u l-iswiping, li ladarba tidrah veru jħaffiflek il-kitba, għax tkun tista’ tmexxi sabgħak minn ittra għall-oħra mingħajr ma jkollok għalfejn tagħfas kull ittra waħda waħda.
B’hekk tkun tista’ tikteb kemm b’Malti tajjeb, kif ukoll b’Ingliż tajjeb (jew b’liema lingwa oħra trid).
Biex tniżżel il-Gboard għal fuq il-mobile jew tablet tiegħek, agħfas din il-buttuna li tapplika (App Store għall-iPhones jew iPads, Google Play għall-Android).
Malli jkollok l-app installata, segwi l-passi li ġejjin biex tattiva t-tastiera Maltija fil-Gboard: