lista alfabetika tad-deċiżjonijiet 1

Id-deċiżjonijiet li ħa l-Kunsill tal-Malti fl-2008 kienu maħsubin biex inaqqsu l-inċertezzi dwar kif jinkiteb ċertu kliem. F’din il-paġna se ssib il-lista alfabetika tad-deċiżjonijiet li kienu ttieħdu

A B Ċ D E F G Ġ H Ħ I J K L M N O P Q R S T U V W X Ż Z
DEĊIŻJONIJIET 1
tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti dwar il-Varjanti Ortografiċi – 2008
Lista alfabetika tal-kliem li ttieħdet deċiżjoni dwaru

Dawn id-deċiżjonijiet saru uffiċjali fil-25 ta’ Lulju 2008 bil-pubblikazzjoni tagħhom fil-Gazzetta tal-Gvern, u kulħadd għandu jfittex li jidra l-forom magħżula mill-aktar fis. Madankollu, il-forom li hawnhekk huma mwarrba jibqgħu validi sal-25 ta’ Lulju 2011. Wara din id-data, jitqiesu bħala tajbin il-forom magħżula f’dan id-dokument biss.

## Xi simboli li qed jintużaw
– Il-kitba bil-blu tindika element li jista’ jinbidel u jidħol kliem ieħor floku (eż. aġent direttur jew aġent president).
– Il-vokali [i] miktuba fil-għoli (eż. ilbieraħ) qed tintuża biex tindika l-vokali tal-leħen, u hawnhekk mhix meqjusa fl-ordni alfabetiku. Mela ilbieraħ tfittixha taħt il-L.
– In-numri wara kull kelma jirreferu għat-taqsima tad-Deċiżjonijiet 1 li fiha ġiet deċiża l-kelma (eż. afli hija deċiża fid-Deċiżjonijiet 1 fit-taqsima 3.2.1).
– + = din tkun kategorija li tista’ tinkludi eżempji oħra barra dak li ngħata.
– A = Appendiċi A
– B = Appendiċi B
– → = Ara taħt …

A

afli [= żgur li] 3.2.1; A
Afrika, Afrikan [Affrika, Affrikan] 5.4
aġent direttur (president, eċċ.) + 3.2.2.4
akkrettu 4.2; A
a la Taljana (xanxè, eċċ.) + 3.1.4
allaħares [= gwaj jekk jiġri hekk] 3.2.1; A
ammen [amen] 5.2
anti-Amerikan + (prefiss + sing + ittra kapitali) 3.2.2.2
antieroj + 3.2.2.1,n1
antiinflammatorju / antinflammatorju + 3.2.2.1,n2
anti-Amerikan + (prefiss + sing + ittra kapitali) 3.2.2.2
apposta (+ t’apposta, tal-apposta, għal t’apposta, għal tal-apposta) 3.2.1;
arabesk, Arabiżmu, Arabja [għarabesk, Għarabiżmu, Għarabja] (iżda Għarab, Għarbi) 5.3
arċiimmatur / arċimmatur + 3.2.2.1,n2
arċiimmatur (giddieb, eċċ.) + 3.2.2.3
assistent kummissarju + 3.2.2.4
awlillejl / ewlillejl [= il-lejla ta’ qabel] 3.2.1; A
awtoanaliżi (suġġestjoni, eċċ.) + 3.2.2.1,n1
Awwissu [Awissu] 5.2
ażma, ażmatiku [ażżma, ażżmatiku] 5.2

B

barra minn dan 3.2.1; B
barra minn hekk 3.2.1; B
beħsiebu / biħsiebu [= għandu f’moħħu li] 3.2.1; A
bejn ħaltejn [ħalltejn] 5.3
beritta [berritta] 5.2
bħalissa [= f’dan il-ħin/żmien] 3.2.1; A
bħalkieku / bħallikieku [= qisu] 3.2.1; A
bħall-bieraħ, bħall-biraħtlula (iżda: ilbieraħ, ilbiraħtlula) 3.2.1
bħal-lum (iżda: illum) 3.2.1
bħalma 3.2.1; A
bħal meta 3.2.1; B
bħal xejn 3.2.1; B
Bibbja 5.4
bibliku, biblista [bibbliku, bibblista] 5.4
l-bidu nett 3.1.3
bies (pl. bisien) [bież] 5.1
biħsiebu → beħsiebu 3.2.1; A
bilfors (+ ta’ bilfors) 3.2.1; A
bilġri [= dlonk] 3.2.1; A
bilħaqq [= qed niftakar] 3.2.1; A
bilkemm [= kważi] 3.2.1; A
bil-kif [= immensament] 3.2.1; B
billejl [= waqt il-lejl] 3.2.1; A
bilqiegħda 3.2.1; A
bilwieqfa 3.2.1; A
binhar [= waqt il-ġurnata] 3.2.1; A
biżżejjed [= mhux iktar] 3.2.1; A
bużbież [busbies] 5.5
bużbużnannu + 3.2.2.3

D

dakinhar [= f’dak il-jum/iż-żmien] 3.2.1; A
dalgħodu 3.2.1; A
dal-ħin 3.2.1; B
dal-lejl 3.2.1; B
dalwaqt (ġieli mqassra: daqt) [= fi ftit ħin ieħor] 3.2.1; A
daparti 3.2.1; A
daqshekk (+ għal daqshekk, minn daqshekk) 3.2.1; A
daqskemm 3.2.1; A
daqskieku, daqslikieku 3.2.1; A
daqstant 3.2.1; A
daqsxejn [= ftit] (+ għal daqsxejn) 3.2.1; A
daqt → dalwaqt 3.2.1; A
darba fill [= rari] 3.2.1; B
dawramejt 3.2.1; A
dażgur [= bla dubju] 3.2.1; A
denn (pl. denji) [den, dennji] 5.2
deputat kap + 3.2.2.4
dettall (pl. dettalji), iddettaljat [dettal, dettallji, iddettalljat] 5.2
dgħufija [djufija, dgħjufija] 5.3
diq, diqa [dieq, dieqa] 5.3
duħ [dugħ] 5.1
dvalja [tvalja] 5.1
dverna [tverna] 5.1

E

elettriċità 4.2
elettriku (iżda: elettriċità, eċċ.) 4.2
ewlillejl → awlillejl 3.2.1; A
ewwieq [ewieq] 5.2

F

fil-fatt [= fir-realtà] 3.2.1; B
filgħaxija / flgħaxija 3.2.1; A
filgħodu 3.2.1; A
fill → darba fill 3.2.1; B
filwaqt li [= fl-istess ħin li] 3.2.1; A
fl-aħħar [= finalment] (+ sa fl-aħħar) 3.2.1; B
flgħaxija → filgħaxija 3.2.1; A
f’sikktu (f’sikkti, f’sikkithom, eċċ.) [f’siktu] 5.3

Ġ

ġaladarba 3.2.1; A
ġieli [= xi drabi] 3.2.1; A
ġiex (+ ġixt bit-t marbuta) [ġix] 5.2
ġol-università + 3.2.6

G

gastrointestinali + 3.2.2.1,n1
Gran Mastru + 3.2.2.4
grankè 3.2.2.4,n2

għadda minn għala widnejh 3.1.5
għad illi, għad li 3.2.1;
għafrit [għafrid] 5.1
għaġla [għaġġla] 5.3
għajjat (verb tat-2ni forma) [għajat] 5.2
għajjat (nom verbali bit-2ni vokali twila) [għajat] 5.2
għala biebu [= ma jimpurtah minn xejn] 3.1.5
għala dejjem [= għal dejjem] 3.1.5
għala għajnu [= ma jimpurtahx] 3.1.5
għal biex [= sabiex] 3.2.1; B
għal daqshekk → daqshekk 3.2.1; B
għaldaqstant [= madankollu] 3.2.1; A
għal daqsxejn → daqsxejn 3.2.1; B
għalfejn [= għal liema skop] 3.2.1; A
għal għarrieda 3.2.1; B
għalhekk [= għal dan l-iskop] 3.2.1; A
għalissa [= sakemm jinbidlu l-affarijiet] 3.2.1; A
għalkemm [= minkejja li] 3.2.1; A
għalkollox [= totalment] 3.2.1; A
għall-aħħar [= estremament] 3.2.1; B
għall-anqas, għall-inqas (iżda: lanqas) 3.2.1; B
għall-bieraħ, għall-biraħtlula (iżda: ilbieraħ, ilbiraħtlula) 3.2.1
għal-lejla (iżda: illejla) 3.2.1; B
għal li 3.2.1; B
għal-lum (iżda: illum) 3.2.1
għal tal-apposta, għal t’apposta → apposta 3.2.1; B
għalxejn [= bla riżultat siewi] 3.2.1; A
għal xiex 3.2.1; B
Għarab, Għarbi (iżda: arabesk, Arabiżmu, Arabja) 5.3
għarax / għarrax [għargħax] 5.5
għarkaża → għarukaża 3.2.1; A
għarkopptejh / għarkupptejh [għarkobbtejh, għarkubbtejh] 5.1
għarrax → għarax 5.5
għarrieda → għal għarrieda 3.2.1; B
għarukaża, għarkaża [= għajb] 3.2.1; A

H

hawnhekk 3.2.1; A
hemmhekk 3.2.1; A
heżżeż [heżheż] 5.5

Ħ

ħaltejn → bejn ħaltejn 5.3

I

id / id- / jd- skont il-pronunzja (eż. aħsel idek, aħsel idejk, erfa’ idek, erfa’ jdejk, tini idek, tini jdejk, f’idek, f’idejk) 5.2
imb (fil-frażijiet ras imb ras, riħ imb riħ, wiċċ imb wiċċ) [imb’] 5.2
impieg / impjieg (iżda: impjegat) 4.2
indipendenti 3.2.2.1
indenn (f. indenja, pl. indenji) [inden] 5.2
infatti [= tant hu hekk li] 3.2.1; A
inġenerali [= kollox ma’ kollox] 3.2.1; A
inizjattiva [inizzjattiva] 5.2
inkonsiderazzjoni [= meqjus, ikkalkulat] 3.2.1; A
inkwadra 4.2
inkwantu [= bħala, b’riferenza għal] 3.2.1; A
inkwatru 4.2
inkwistjoni 3.2.1; A
insè 3.2.1; A
intant [= sadanittant] 3.2.1; A
inter-Mediterranju + 3.2.2.2
Iżlam, Iżlamiku [Islam, Islamiku] 5.2
iżża ħajr 3.2.1; B

J

jalla [= nixtieq ħafna li] 3.2.1; A

K

’k (bħala jekk imqassra) [’kk] 5.2
’k Alla jrid 5.2
Kap Kmandant + 3.2.2.4
karozza [karrozza] 5.2
każbar [kasbar] 5.1
kemxejn [= ftit] 3.2.1; A
kofinanzjat + 3.2.2.1
kooperattiva / koperattiva + 3.2.2.1,n2
koordinatur / kordinatur + 3.2.2.1,n2
kontra (iżda: kontrija, kontrik, eċċ.) 3.2.7
kontrija, kontrik, kontrina, eċċ. + 3.2.7
kontroeżami + 3.2.2.1,n1
kreditur (iżda: krettu, akkrettu) 4.2
krettu [= fiduċja, stima] 4.2
kulħadd [= in-nies kollha] 3.2.1; A
kuljum [= f’kull ġurnata] 3.2.1; A
kull darba 3.2.1; B
kull fejn 3.2.1; B
kullimkien [= f’kull post] 3.2.1; A
kull meta 3.2.1; B
kull min 3.2.1; B
kull xejn 3.2.1; B
kulma [= dak kollu li] 3.2.1; A
kultant [= xi drabi, mhux dejjem] (+ xi kultant) 3.2.1; A
kuritur / kurutur [kuridur] 5.2
kwadru (iżda: inkwatru, inkwadra) 4.2

L

la ġenba [= għall-ġenb] 3.1.4
la Maltija + [= bi stil Malti, kif jagħmlu l-Maltin] 3.1.4
labranzetta, lambranzetta 3.1.4,n
ladarba [= issa la] 3.2.1; A
l-aħħar nett 3.1.3
lakemm [= kemm] 3.2.1; A
lanqas (iżda: għall-anqas, mill-anqas, tal-anqas) 3.2.1; A
ilbieraħ (iżda: bħall-bieraħ, mill-bieraħ, tal-bieraħ, eċċ.) 3.2.1; A
ilbiraħtlula (iżda: għall-biraħtlula, mill-biraħtlula, eċċ.) 3.2.1; A
lembuba [lenbuba] 5.1
l-ewwel nett 3.1.3
liema bħalu, liema bħalha, eċċ. 3.2.1; B
lil hawn 3.2.1; B
lil hemm 3.2.1; B
lil hinn 3.2.1; B
linji gwida 3.2.1; B
illaħwa, xi llaħwa 3.2.1; A
illejla [= tard illum] (iżda: sal-lejla, tal-lejla, mil-lejla, eċċ.) 3.2.1; A
illum (iżda: bħal-lum, mil-lum, sal-lum, tal-lum, eċċ.) 3.2.1; A
lura 3.2.1; A

M

ma afdax / m’afdax + 3.2.4
ma għażilx / m’għażilx + 3.2.4
ma hemiżx / m’hemiżx + 3.2.4
ma infurmatx (interroganix) + 3.2.4,n
ma’ Elena / m’Elena + 3.2.3
ma’ għeluq is-sena / m’għeluq is-sena + 3.2.3
madanakollu, madankollu [= iżda] 3.2.1; A
madwar 3.2.1; A
maġenb [= fuq naħa waħda ta’] 3.2.1; A
magna (iżda: makkinarju) 4.2
Magreb [Magħreb] 5.3
ma għandux / m’għandux 3.2.4
ma hawnx / m’hawnx 3.2.4
ma hemmx / m’hemmx 3.2.4
m’aħna [maħna] 3.2.5
m’aħniex [maħniex] 3.2.5
makkinarju (iżda: magna) 4.2
mal-erbat irjieħ + 3.2.6
manġapassiġġa 3.2.1; A
matul [= għal kemm itul] 3.2.1; A
mhi [m’hi] 3.2.5
mhija [m’hija] 3.2.5
mhijiex [m’hijiex] 3.2.5
mhix [m’hix] 3.2.5
mhu [m’hu] 3.2.5
mhuma [m’huma] 3.2.5
mhumiex [m’humiex] 3.2.5
mhuwa [m’huwa] 3.2.5
mhuwiex [m’huwiex] 3.2.5
mhux [m’hux] 3.2.5
mill-anqas (iżda: lanqas) 3.2.1; B
mill-bieraħ, mill-biraħtlula (iżda: ilbieraħ, ilbiraħtlula) 3.2.1
mil-lejla (iżda: illejla) 3.2.1
mill-inqas (iżda: lanqas) 3.2.1; B
mil-lum (iżda: illum) 3.2.1
minbarra [= apparti] 3.2.1; A
minflok 3.2.1; A
minfuq [= minkejja li] 3.2.1; A
mingħajr 3.2.1; A
mingħalija, -k, -h, eċċ. [= sa fejn nista’ niftakar, eċċ.] 3.2.1; A
mingħand 3.2.1; A
m’iniex / m’jiniex [miniex, mjiniex, m’inix, minix] 3.2.5
minn bejn 3.2.1; B
minn daqqiet, minn xi daqqiet 3.2.1; B
minn daqshekk → daqshekk 3.2.1; B
minn fejn 3.2.1; B
minn tagħna [= dħuli] 3.2.1; B
minnufih [= dlonk] 3.2.1; A
minn xi daqqiet 3.2.1; B
m’int [mint] 3.2.5
m’inti [minti] 3.2.5
m’intix [mintix] 3.2.5
m’intom [mintom] 3.2.5
m’intomx [mintomx] 3.2.5
m’intx [mintx] 3.2.5
m’jien [mjien] 3.2.5
m’jiena [mjiena] 3.2.5
m’jienx [mjienx] 3.2.5
imnalla 3.2.1; A

N

nagħaġ [ngħaġ] 5.3
naħnaħ [nagħnagħ] 5.1
in-nofsiegħa [= 12.30 am jew 12.30 pm] (ara wkoll nofs siegħa). 3.2.1; A
nofsiegħa → in-nofsiegħa 3.2.1; A
nofsillejl [= 12.00 am] 3.2.1; A
nofsinhar [= 12.00 pm] 3.2.1; A
nofs siegħa [= kull perjodu ta’ 30 minuta] (ara wkoll nofsiegħa) 3.2.1; B
nofstanhar (pl. nofstanhari / nofstanharijiet) 3.2.1; A

P

pan-Afrikan + 3.2.2.2
peprin [pepprin] 5.2
pereżempju [= bħala eżempju] 3.2.1; A
perkażu [= bħala eżempju] 3.2.1; A
pezzakustjoni [= ġellied, kustinjuż] 3.2.1; A
poliklinika + 3.2.2.1
postpost-Moderniżmu + 3.2.2.3
predikatur (iżda: prietka) 4.2
prietka [priedka] 4.2
Prim Ministru + 3.2.2.4
prim’awla + 3.2.2.4
primadonna 3.2.2.4,n2
pro-Ingliż + (prefiss + sing + ittra kapitali) 3.2.2.2
psewdointellettwali + 3.2.2.1,n1

Q

qabelxejn [= fil-bidu nett] 3.2.1; A
quddiem nett 3.1.3

R

radjudramm 3.2.1; A
ras imb ras [ras imb’ras] 5.2
riħ imb riħ [riħ imb’riħ] + 5.2
risq [riżq] 5.1
rkoppa (+ għarkopptejh/għarkupptejh) [rkobba, eċċ.] 5.1
ruxxmata [ruxmata] 5.2

S

sa April / s’April + 3.2.3
sa Awwissu / s’Awwissu + 3.2.3
sa issa / s’issa + 3.2.3
sa Ottubru / s’Ottubru + 3.2.3
sadanittant, sadattant [= f’din il-medda ta’ ħin/żmien] 3.2.1; A
sa fejn 3.2.1; B
sa fl-aħħar [= finalment] → fl-aħħar 3.2.1; B
safrattant [= minkejja kollox] 3.2.1; A
sakemm [= sa dak il-ħin/iż-żmien meta] 3.2.1; A
sal-aħħar 3.2.1; B
sal-bieraħ, sal-biraħtlula (iżda: ilbieraħ, ilbiraħtlula) 3.2.1
sal-għalqa + 3.2.6
sal-Italja + 3.2.6
sal-lejla (iżda: illejla) 3.2.1
sal-lum (iżda: illum) 3.2.1
santafjakka [= lajma kbira] 3.2.1; A
santapaċenzja [= lajma u sabar kbir] 3.2.1; A
sekond kuġin + 3.2.2.4
semiawtomatiku + 3.2.2.1,n1
semifinali + 3.2.2.1
sewwasew [= eżattament] 3.2.1; A
sikktu → f’sikktu 5.3
sindku 4.2,n
skansafaċendi [= għażżien, skartatur] 3.2.1; A
skont [skond] 5.1
sogħobbih (jisgħobbih, eċċ.) 3.2.1; A
soptu → zoptu 5.1
sottokumitat + 3.2.2.1
stabene [= għani, għandu ħafna ġid] 3.2.1; A
subien [subjien] 5.2

T

ta’ April / t’April + 3.2.3
ta’ hemmhekk / t’hemmhekk + 3.2.3
ta’ Ugo / t’Ugo + 3.2.3
ta’ bilfors → bilfors 3.2.1; B
tabilħaqq [= tassew] 3.2.1; A
tabirruħu [= taparsi] 3.2.1; A
tal-Amerikani + 3.2.6
tal-anqas (iżda: lanqas) 3.2.1; B
tal-apposta → apposta 3.2.1; B
tal-bieraħ, tal-biraħtlula (iżda: ilbieraħ, ilbiraħtlula) 3.2.1
tal-hena + 3.2.6
tal-inqas (iżda: lanqas) 3.2.1; B
tal-lejla (iżda: illejla) 3.2.1
tal-lum (iżda: illum) 3.2.1
tal-orsijiet + 3.2.6
tampar [= għandu l-istess età ta’] 3.2.1; A
taparsi 3.2.1; A
t’apposta → apposta 3.2.1; B
t-tarf nett 3.1.3
tassew 3.2.1; A
teledramm 3.2.1; A
terz’ordni + 3.2.2.4
terza persuna + 3.2.2.4

U

użufrutt 3.2.1; A

V

viċi sindku + 3.2.2.4
viċirè 3.2.2.4,n2

W

wara nett 3.1.3
wara nofsinhar [= wara 12.00 pm] → nofsinhar 3.2.1; B
waranofsinhar [= minn nofsinhar sa kmieni filgħaxija] 3.2.1; A
wiċċ imb wiċċ [wiċċ imb’wiċċ] + 5.2

X

xbieha (pl. xbihat) [xbiha] 5.3
xhieda (= testimonjanza / nies li jixhdu) [xiehda] 5.3
xħin [= meta, waqt li] 3.2.1; A
x’ħin [= liema ħin]
xi ħadd 3.2.1; B
xi ħaġa 3.2.1; B
xi kultant → kultant 3.2.1; B
xi llaħwa → illaħwa 3.2.1
xi minn daqqiet 3.2.1; B
xi mkien [x’imkien] 3.2.1; B

Ż

iżżejjed [= wisq] 3.2.1; A

Z

zoptu / soptu [zobtu/sobtu] 5.1

Il-lista alfabetika fil-forma ta’ PDF issibha fis-sit web tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, billi tagħfas hawn.