Fil-Malti għandna l-i tal-leħen, li sservi bħala rankatura biex inkunu nistgħu nlissnu kelma li tibda b’żewġ konsonanti dritt wara xulxin, bħal “inbiddel” jew “intebaħ”. Din il-vokali tal-leħen tidħol fil-bidu ta’ sentenza, jew wara kelma li tispiċċa b’konsonanti.
Madankollu, għandna ħafna kliem – ġeneralment ta’ nisel Latin – li jixbah lil kliem bħal dan, imma li l-i tiegħu ma taqa’ qatt għax hija parti integrali mill-kelma. Din tissejjaħ l-i etimoloġika. Kliem b’nisel Semitiku bħal issa, ilma, imma, iżda, inti, intom, u idda wkoll isegwi din ir-regola.
Din li ġejja hija lista ta’ kliem komuni li fih l-i tal-bidu għandha tinkiteb dejjem. Dan il-kliem, kif ukoll kliem li ġej minnu (bħal immens u immensament, insista u insistenza, eċċ.) dejjem jinkiteb bl-i fil-bidu. Ħafna drabi, jekk tara li kelma bħal din tixbah lill-istess kelma b’lingwa oħra, bħal internazzjonali (internazionale (IT), international (EN), internacional (ES), international (FR)), sinjal li l-i postha hemm.
Din mhijiex lista kompluta – jekk tiġu f’dubju, hemm id-dizzjunarju.
idea
interessanti
immens
internazzjonali
insista
Ingliż
imperjali
infern(ali)
illużjoni
imbarazz
imbark
imbeċilli
imbotta
immakulat(a)
immigrazzjoni/immigrant
imminenti
impatt
impekkabbli
impenn
impertinenti
impetu
impliċitu
importanti
importa(zzjoni)
impjieg
implimentazzjoni
imponenti
imprenditur
impriża
improvvizzazzjoni
impruvja
impronta
inċens
inċentiv
inċest
inċident
Indjan
individwu/individwali
indulġenza
industrija
infanzija
infatti
infezzjoni
infinit
inflazzjoni
influwenza
informazzjoni
informali
inġenerali
inġinier
inġust
ingann
ingranaġġ
inklużjoni/inkluda/inklussiv
inkwiet
inkwistjoni
insista/insistenza
intant
intatt
integra(zzjoni)
interferenza
interrogazzjoni
intervent
intervista
intimu/intimità
intrata
intrigu
introduzzjoni/introduċa
introvert
invażjoni
investiment
invit
ispirazzjoni
istint
Jekk issib din il-lista utli, aqsamha ma’ ħaddieħor! Jekk għandek xi suġġeriment, tiddejjaqx tibagħtu!